Tul ix-xitwa li għaddiet, fiż-żmien l-irjiħat, influwenza u deni, kienu madwar 12,000 tifel u tifla li kellhom iżuru l-emerġenza.
Esperti mill-isptar Mater Dei qalulna dak li diġà nafu, li f’dawn iż-żminijiet, it-tfal ikunu iktar vulnerabbli. Però qalulna wkoll li hemm mezzi li ftit naħsbu dwarhom, kif nistgħu nevitaw ċertu mard.
Per eżempju, id-deputy charge nurse Claudine Aitken qalet li jekk tfal se jużaw l-istess ġugarelli, dawn għandhom jitnaddfu spiss. Eżempju ieħor huwa t-tissues, li minflok jitħallew fuq xi komodina jew fejn ikunu jilgħabu t-tfal sakemm ilestu, ikunu mormija minnufih.
Qalu wkoll li f-aħħar jiem, jikkalkolaw li l-ammont ta’ persuni li spiċċaw żaru l-emerġenza ġenerali żdiedu b’ċifra ta’ bejn it-12 u 20%.