Ħadd il-Għid – ġurnata li fiha nfakkru l-Irxoxt. Iżda ċ-ċkejknin ikunu qed jistennew bil-ħerqa din il-ġurnata hekk kif illum ikollhom iċ-ċans li l-figolla jew il-bajda tal-Għid tagħhom tiġi mbierka mill-Arċipriet.
Tradizzjoni li tmur lura s-snin u baqgħet popolari mat-tfal Maltin. Spikkat id-daħka fuq fommhom hekk kif kienu qed jistennew għat-tberik. Stqarru magħna li issa jinsabu eċitati biex ikunu jistgħu jikluha.