It-tfajla ta’ Jordan Azzopardi magħruf bħala l-El Chapo ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq depositu ta’ €15,000 u garanzija personali ta’ €30,000.
Hija ġiet arrestata flimkien mas-sieħeb tagħha li qed jiġi akkużat li allegatament mexxa intrapriża kbira ta’ traffikar tad-droga madwar il-gżejjer Maltin. Huwa kien ġie arrestat xi ġimgġat ilu waqt rejd li sar f’villa lussuża fil-Madliena.
Fil-villa instabu diversi oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga kif ukoll laboratorju li minnu kienet qed tiġi pproċessata l-imsemmija droga.
Għall-imputata qed jidhru l-avukati Alfred Abela, Arthur Azzopardi u Rene Darmanin.