Mit-Taqsima għall-Kura Intensiva ħarġet Shazel Vella, it-tfajla ta’ 19-il sena li kienet involuta fl-inċident traġiku li ħasad il-ħajja ta’ Ismael Grima f’Ħal Luqa.
Għal xi jiem, it-tfajla kienet f’qagħda kritika, bil-Pulizija tikkonferma ma’ ONE News li issa t-tfajla qelbet għall-aħjar u qed tfiq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kienu bosta li fuq il-midja soċjali li awguraw fejqan ta’ malajr lil Shazel Vella.
Dan filwaqt li wrew is-sogħba lejn il-familja taż-żagħżugħ li tilef ħajtu.