It-teżorier tal-Vatikan il-Kardinal George Pell se jkun qed jgħaddi ġuri fuq akkużi ta’ avvanzi sesswali.
Il-Kardinal Pell ċaħad dawn l-akkużi b’mod kosistenti. Madanakollu, nhar it-tlieta li għadda Maġistrat Awstraljan saħaq li kien hemm biżżejjed evidenza biex jitkompla l-każ.
Il-Kardinal li għandu 76 sena huwa wieħed mill-iktar uffiċjali b’saħħithom fil-Vatikan. Is-sena li għaddiet Pell ħa wkoll leave mill-ħidma tiegħu fil-Vatikan biex ikun jista’ jiffoka fuq dawn l-akkużi.