Wara li l-bieraħ filgħaxija ġġarraf bini fi Gwardamanġa, Transport Malta qed tissospendi t-testijiet tat-teorija minħabba li l-uffiċċju fejn isiru dawn it-testijiet huwa parti minn din il-binja li ġġarfet.
Fi stqarrija Transport Malta qalet li din id-deċiżjoni tapplika b’mod immedjat. L-Awtorita` qed tagħmel l-arranġamenti neċessarji għal post alternattiv. Il-klijenti sew jinżammu aġġornati b’dati ġodda u fejn ser isiru dawn it-testijiet tat-teorija. Dan is-servizz jerġa’ għan-normal mill-Ħamis 2 ta’ Mejju 2019.
Transport Malta qalet li tiskuża ruħha għal dan l-inkonvenjent.