Mal-Partit Nazzjonalista t-terms and conditions jiswew aktar mill-benefiċċju.
Dan intqal fi stqarrija mill-Partit Laburista hekk kif intqal kif il-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed tnaqqis fit-taxxa korporattiva li biex tieħdu, trid tħallas iktar minn kemm tibbenefika f’taxxa.
Il-Partit Laburista qal kif dan ġie żvelat mill-Prim Ministru Robert Abela waqt dibattitu mill-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji mal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Hawnhekk ġie nnutat kif il-proposti tal-Partit Laburista huma ċari kristall u wieħed jibbenefika għalihom mingħajr ebda kundizzjonijiet.
Intqal kif il-proposta tal-Partit Laburista t-taxxa korporattiva se tonqos minn 35% għal 25%.
Il-Partit Laburista nnota kif fil-każ tal-Partit Nazzjonalista biex wieħed jikkwalifika jrid jilħaq il-kriterji ta’ ESG.
Il-Prim Ministru ppreżenta dokument dettaljat tal-Kummissjoni Ewropea li juri kif bil-proposta tal-Partit Nazzjonalista biex wieħed igawdi minn dan it-tnaqqis fit-taxxa jrid isir audit kull sena.
Spjega kif bħalissa dan l-obbligu f’pajjiżna huwa fuq erba’ entitajiet biss.