L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħabbar li l-Prim Ministru Robert Abela rċieva talba mingħand l-Imħallef Emeritu Michael Mallia biex jiġi estiż sa Ġunju t-terminu tal-Kumitat tal-Esperti dwar is-Settur tal-Midja.
It-terminu tal-kumitat, li nħatar is-sena li għaddiet, kien jiskadi fil-11 ta’ Jannar 2023.
Il-Prim Ministru wieġeb lill-Imħallef Mallia billi infurmah li t-talba qed tintlaqa’ fit-terminu ta’ dak miktub u mitlub minnu f’isem il-kumitat.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ppubblika l-ittra tal-Prim Ministru.