It-tensjoni militari li qed tiddomina bħalissa bejn iċ-Ċina u t-Tajwan hija l-agħar li qatt kienet f’erbgħin sena.
Qal dan il-Ministru tad-Difiża tat-Tajwan, li wissa wkoll li ċ-Ċina kapaċi tinvadi l-gżira sħiħa sas-sena elfejn u ħamsa u għoxrin.
Dawn il-kummenti għamilhom wara li ċ-Ċina bagħtet numru rekord ta’ ajruplani militari fiż-żona tad-difiża tal-ajru tat-Tajwan għal erbat ijiem konsekuttivi.
It-Tajwan iqis lilu nnifsu bħala stat sovran. Min-naħa l-oħra, Beijing tħares lejn it-Tajwan bħala provinċja separata.
Ritratt: EPA