Il-Pakistan qed jiċħad dikjarazzjonijiet li saru mill-Forzi Armati Indjani, li kienu attakkaw stazzjonijiet militari fil-parti tal-Kashmir amministrata mill-Indja u f’Punjab bi drones u tfiegħ ta’ missili.
Il-Ministru tal-Informazzjoni tal-Pakistan, qal li pajjiżu s’issa kien biss irritalja b’mod difensiv għall-attakki li saru mill-Indja l-Ħamis bi drones li ħallew mill-anqas żewġ ċivili mejta.
It-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi għedewwa għal bosta snin, eskalat f’dawn il-jiem wara li l-Erbgħa kienu milquta diversi siti ċivili fil-Pakistan b’missili Indjani li minn naħa tagħhom qalu li kienu qed jirritaljaw għall-attakk fuq turisti Indjani
Sadanittant dalgħodu l-midja Indjana ħabbret li konsegwenza tal-kunflitt li eskala fl-aħħar jiem, il-Premier League Indjan tal-cricket ġie sospiż indefinittivament. Aktar kmieni kien irrappurtat li l-Indja kienet issospendiet it-titjiriet ċivili kollha fl-24 ajruport fit-Tramuntana tal-pajjiż.