It-tennista Serb Novak Djokovic rebaħ l-appell kontra d-deċiżjoni li hu jkollu l-viża tiegħu revokata fl-Awstralja.
L-Imħallef Awstraljan Anthony Kelly ordna biex it-tennista numru wieħed tad-dinja jinħeles mill-uffiċjali ta’ detenzjoni tal-immigrazzjoni.
Dan wara li spiċċa bil-viża revokata minħabba kriterji tad-dħul fl-Awstralja minħabba l-Covid-19.
Madanakollu, l-avukati tal-gvern federali qalu lill-Qorti, li l-Ministru għall-Immigrazzjoni Awstraljan qed jirriserva d-dritt li jeżerċita s-setgħa personali tiegħu sabiex jerġa’ jirrevoka l-viża ta’ Djokovic.