“Grazzi talli tajtuni l-kuraġġ u talli bqajtu ttuni s-sapport tagħkom.”
Dan kien il-messaġġ tat-tennista Novak Djokovic lill-ammiraturi tiegħu. Huwa kiteb fuq Twitter wara li aktar kmieni dalgħodu, d-deċiżjoni tal-qorti Awstraljana laqgħet l-appell tiegħu biex terġa’ tingħatalu l-visa Awstraljana.
Huwa tella’ r-ringrazzjament tiegħu akkumpanjat b’ritratt tiegħu fil-post fejn għamel sessjoni ta’ taħriġ tat-tennis.
It-tennista Serb numru wieħed tad-dinja vvjaġġa lejn l-Awstralja sabiex jieħu sehem fil-kampjonat l-Australian Open, li se jibda nhar it-Tnejn li ġej.
Dan il-kampjonat għal Djokovic huwa ferm importanti, għaliex jekk jirnexxilu jirbħu, ikun l-aktar plejer tat-tennis li rebaħ unur; hekk kif bħalissa huwa għandu l-istess numru ta’ unuri bħat-tennisti Roger Federed u Rafael Nadal.
Madanakollu, s’issa xorta għadu inċert jekk jilgħabx jew le, hekk kif il-Ministru responsabbli mill-immigrazzjoni fl-Awstralja jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrevoka l-visa ta’ Novak Djokovic.