Fi tmiem li ġej tissewwa t-tinda tat-tempju ta’ Ħaġar Qim u għalhekk dan is-sit se jkun magħluq għall-pubbliku.
Dan wara li f’Diċembru li għadda, din it-tinda ġarrbet xi ħsarat kawża ta’ maltemp qalil li ħakem il-gżejjer Maltin.
Fi stqarrija Heritage Malta qalet li t-tiswijiet ma setgħux isiru qabel peress li l-ħaddiema u l-materjal ma setgħux jinġiebu Malta minħabba l-għeluq tal-arjuporti madwar id-dinja.
Ħabbret wkoll li t-Tempji tal-Imnajdra u ċ-Ċentru tal-Viżitaturi se jkunu miftuħa għall-pubbliku bi prezz ridott.