L-ogħla temperatura f’Lulju li għadda laqħet is-sitta u tletin grad celcius, propju fl-aħħar jum tax-xahar. Dan joħroġ minn stħarriġ li għamel l-Uffiċċju Metereoloġiku ta’ Malta, li wera wkoll kif l-anqas temperatura għal dan ix-xahar kienet ta’ għoxrin grad celcius punt ħamsa. Kien hemm ukoll traċċa xita li ġie imkejla tul dan il-perjodu.
Fi stqarrija l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malt qal ukoll Lulju li għadda ġab miegħu temperaturi ogħla mis-soltu, u fil-fatt total ta’ tmintax-il ġurnata irreġistraw temperaturi ogħla minn wieħed u tletin grad celcius, it-temperatura medja għal dan il-perjodu.
It-temperatura medja tal-baħar tul Lulju kienet ta’ ftit aktar minn ħamsa u għoxrin grad celcius, grad ogħla mit-temperatura mbassra għal dan il-perjodu.
B’kollox il-bassara tat-temp kejlu tliet mija, ħamsa u sittin siegħa punt sitta ta’ xemx, b’kuljum f’Lulju jgawdi bejn sebgħa u tlettax-il siegħa xemx, bl-aktar jum imdawwal ikun id-disgħa u għoxrin tax-xahar.
Ix-xahar ta’ Lulju kien ġeneralment wieħed kalm, u matulu l-veloċità medja tar-riħ kienet ta’ sitta punt tlieta.