L-istaġun tal-festi jinsab fl-aqwa tiegħu u t-temperaturi għoljin li rajna dan ma ċedewx biċċa. Dan ifisser li x-xogħol li s-soltu diġà kien jsir fis-sħana din is-sena rrikjeda ftit iktar sagrifiċju mis-snin ta’ qabel. Ix-xemx qawwija u t-temperaturi għoljin madanakollu ma jidrhux li xekklu preparamenti għal-logħob tan-nar tal-festa ta’ Santa Marija fl-Imqabba.
Tkellimna ma’ Jeremy Mercieca, attivist fil-Kamra tan-Nar ta’ Santa Marija fl-Imqabba dwar il-preparamenti għall-festa mill-aspett tal-logħob tan-nar.