L-Uffiċju Meterjoloġiku qed ibassar li t-temperatura se tkompli tinżel u li l-kesħa se tippersisti. Fl-aħħar jiem, it-temperatura kienet aktar kiesħa b’mod speċjal fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd.
Fi tmiem il-ġimgħa, jiġifieri l-Ġimgħa, s-Sibt u l-Ħadd t-temperatura se tkompli tinżel. B’differenza għall-illum li t-temperatura hija ta’ 15°C, it-temperatura f’dawn il-ġranet se tinżel b’ ħames gradi għal 10°C. Skont l-uffiċju meterjoloġiku fi tmiem il-ġimgħa, t-temperatura se tinħass ta’ 8°C.
Minkejja li l-Erbgħa mistennija tagħmel ix-xita, jidher li l-Ħamis u l-Ġimgħa ir-riħ se jkun forza sebgħa.