Infrastructure Malta qalet fuq il-midja soċjali li, matul xogħlijiet ta’ emerġenza li kienu ppjanati matul il-lejl li għadda fi Triq Burmarrad, Burmarrad, żewġ makkinarji tal-asfalt li Infrastructure Malta kienet se tuża għal dan il-għan, ġarrbu ħsarat tekniċi.
Dan wassal biex it-triq kellha tinfetaħ mill-ġdid fid-9.30 a.m., minflok fil-5:00 a.m., kif oriġinarjament skedat.
Minbarra hekk, Infrastructure Malta qalet li l-maltemp kompla jikkomplika s-sitwazzjoni u jtellef l-irkupru fil-ħidma ta’ dawn ix-xogħlijiet, li huma parti minn programm estensiv ta’ manutenzjoni li qed isiru matul il-lejl f’toroq arterjali u distributuri.
Infrastructure Malta skużat ruħha għall-inkonvenjent li kellhom jesperjenzaw diversi sewwieqa matul l-għodwa tal-lum, waqt li rringrazzjat lill-pubbliku inġenerali tal-koperazzjoni.
L-aġenzija rringrazzjat lill-kuntratturi, lill-ħaddiema u l-professjonisti li huma involuti f’dawn ix-xogħlijiet.