‘Styx’ huwa isem drama Ġermaniża li għandha kemm inġibdet hawn Malta. Filfatt il-filming sar kollu f’pajjiżna fuq 33 jum, fix-xhur ta’ Ottubru, Novembru u Diċembru.
Minħaba nuqqas ta’ spazju fuq id-dgħajsa fejn sar il-filming, li fiha 40 pied, it-tim tal-produzzjoni ma kienx kbir għal standards barranin. Kienu biss ħamsin il-membri li li ħadmu fuqu u 120 extra minbarra l-atturi.
Il-filming sar fil-baħar, fiz-zona taċ-Ċirkewwa u l-Marfa, fil-Marina ta’ Tax-Xbieb u fit-tankijiet tal-ilma tal-Mediterranean Film Studios. Żewġ kumpaniji lokali minn Small Islands Films Ltd għendu fil-produzzjoni.
Pajjiżna intgħażel għax il-pożizzjoni unika ta’ Malta kienet perfetta għal tip ta’ film ibbażat fil-baħar. Minbarra t-tankijiet tal-ilma, għen ħafna t-temp Malti li jkun ferm iktar bnazzi mit-temp f’ħafna pajjiżi oħra Ewropej. L-ilmijiet hawn Malta tista’ tgħid li huma dejjem mistkenna, u dan jgħin fil-kontroll tagħhom meta jinġibdu xeni.
Fost dawk li rringrazzjaw il-producers tal-film, hemm il-Forzi Armati ta’ Malta, is-Central Visa Unit, Transport Malta, dawk li wettqu ħidma marittima, numru ta’ lukandi u l-Malta Film Commission.