Rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-ambjent ikkonkluda li l-effetti ta’ avvenimenti marbuta ma’ estremitajiet fit-temp, bħal ammonti kbar ta’ xita jew nixfa kbira, swew lil Malta €62 miljun.
Ir-rapport ikun ippubblikat kull erba’ snin u jirriżulta li Malta kellha fost l-agħar effetti għaliex meta wieħed iqis l-ispiża għal kull kilometru kwadru din f’pajjiżna hija fost l-ogħla ħamsa.
F’termini finanzjarji kienu l-Ġermanja, l-Italja u Franza l-iktar li ħarġu flus biex iwieġbu għall-effetti ta’ temp aħrax.
Ma setax jonqos li r-rapport iħares ukoll lejn l-effetti tal-bidla fil-klima fejn jingħad li r-reġjun Ewropew qed jesperjenza żieda fit-temperaturi sħan li qed ikollhom effetti fuq ix-xmajjar, il-biedja u l-biodiversità.