Il-President attwali Amerikan, id-Demokratiku Joe Biden, u l-eks President u kandidat Repubblikan għall-Elezzjoni Presidenzjali Amerikana, Donald Trump, kisbu riżultati pożittivi individwalment f’dawk li jissejħu l-primaries tat-Tlieta jew kif magħrufa wkoll bħala s-Super Tuesday.
B’hekk kollox jindika li t-tellieqa għas-siġġu fil-White House se tkun qed issir bejniethom f’Novembru li ġej.
Waqt li Biden rebaħ 14-il stat bħala kandidat f’isem id-Demokratiċi, Trump s’issa rebaħ 12 il-stat fost ir-Repubblikani. Il-kandidata l-oħra Repubblikana, Nikki Haley, irtirat mill-kampanja tagħha, minkejja rebħa konvinċenti f’Vermont.
B’hekk, Trump sar l-uniku kandidat f’isem ir-Repubblikani.
Trump qal li, jekk Biden jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali li jmiss, l-Istati Uniti tal-Amerka mhux se jibqa’ pajjiż, filwaqt li Biden qal li Trump ma jagħmilx dak li hu l-aħjar għall-poplu Amerikan.