Għal snin twal id-differenzi fil-lingwi kienu barrieri li ma stajniex nirkbu. Biss illum it-teknoloġija qed tkisser dawn il-barrieri, u tiftaħ orizzonti ġodda f’ħajjietna.
L-aħħar fost dawn hija ‘Pixel Buds’, invenzjoni ta’ Google.
Dawn il-wireless headphones ma jidhru xejn speċjali, imma fost affarijiet oħra, fihom il-faċilità ta’ traduzzjoni minnufih.
F’avveniment organizzat minn Google stess, kien hemm wirja ta’ kif taħdem din is-sistema, f’konverżazzjoni mill-Iżvediż għall-Ingliż.
Din is-sistema taħdem b’erbgħin lingwa differenti. Minjaf, forsi fil-ġejjieni, fost dawn, nibdew insibu Malti wkoll!