45 mużiċist u mużiċista tal-orkestra Royal Concertgebouw se jallegraw lill-udjenza fit-Teatru Manoel fl-1 ta’ Lulju li ġej.
Fuq il-palk li se jilqa’ lil waħda mill-aqwa orkestri fid-dinja, intqal li hemm imħejji programm uniku u interessanti bħala parti mill-Festival Internazzjonali tal-Arti.
Xhur ta’ ħidma u sinerġija bejn Festivals Malta, V18 u Teatru Manoel se tirriżulta biex orkestra bi storja ta’ suċċessi se tiġi f’pajjiżna u saħansitra tagħti ċ-ċans lil żgħażagħ Maltin idoqqu magħha.
Preżenti għat-tnedija uffiċjali tal-kunċert kien hemm il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.