It-teatru tista’ tgħid kif nafuh u nħobbuh, se jirritorna lura wara nuqqas kbir din is-sena. Fi ftit ġimgħat se jittella’ d-dramm Agnes of God, dramm klassiku ta’ John Pielmeier, taħt id-direzzjoni ta’ Tyrone Grima.
Id-dramm se jlaqqana ma’ soru li qed taffaċċja akkużi li qatlet lit-tarbija tagħha stess. Minn hawn, Agnes titlaq fuq vjaġġ biex issib lilha nnifisha u l-umanità tagħha. Miżgħuda b’temi eżistenzjali għall-aħħar, Agnes of God se tħallik toħroġ mill-bieb tat-teatru Nazzjonali b’numru ta’ domandi forsi anke dwarek innifsek.
Id-dramm se jintwera bejn it-3 u s-7 ta’ Diċembru fit-Teatru tal-Università tal-Belt Valletta, u l-miżuri kollha mposti mill-Awtoritajiet se jkunu segwiti. Il-biljetti jistgħu jinkisbu b’email minn tyronegrima@gmail.com.