It-team nazzjonali tar-Raffa qed jikkompeti fit-Turnament Internazzjonali tat-Turkija li qed isir fil-belt ta’ Kemer.
It-team malti huwa ffurmat mill-plejers David Farrugia u Rennie Farrugia u qed jilgħab fil-kompetizzjoni tad-doppji tal-irġiel. Iż-żewġ plejers maltin qed ikollhom wirjiet tajba ħafna tant li għada l-Ġimgħa se jilghabu fis-semifinali tal-kompetizzjoni.
Il-maltin kellhom rebħiet tajba fosthom kontra l-Polonja 12-3 u kontra t-team organizzatur it-Turkija b’rebħa stupenda ta’ 12-1.
David Farrugia qiegħed jikkompeti wkoll fil-kompetizzjoni tal-precision shooting fejn kellu logħob mill-aqwa u għada se jilgħab fis-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni wkoll.