It-timijiet nazzjonali maltin tal-Pool komplew jiksbu aktar rebħiet fil-kampjonati mondjali li qed isiru fi Blackpool l-Ingilterra.
It-tim tal-irġiel kiseb disa’ rebħiet minn ħdax il-logħba biex issa, meta jonqos tliet logħhbiet għat-tmiem tal-fażi tal-gruppi , jinsab ċert mill-kwalifikazzjoni għall-kwarti tal-finali. Fl-aħħar logħba tiegħu t-team malti għeleb lil dak tal-Afrika t’Isfel bl-iskor kbir ta’ 18-3.
It-tim malti tal-Over 50’s kiseb żewġ rebħiet oħra din id-darba kontra Franza 9-6 u kontra Skoza 8-7 biex issa jinsab fit-tielet post tal-klassifika u f’ pożizzjoni tajba biex jikkwalifika għas-semi finali.
It-tim taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tmintax -il sena fetaħ l-impenji tiegħu u d-difiża tat-titlu mirbuħ is-sena l-oħra, b’ rebħa ta’ 6-3 kontra t-tim B tal-Afrika t’ isfel.