Bosta jinsabu xxukkjati għal mewt ħabta u sabta tal-Kuntistabbli Ryan Paul Tonna. Tonna ta’ 35 sena tilef ħajtu traġikament f’Pisa meta Ryan fega fl-ikel.
Fost dawk li tkellmu hemm Matthew Pace, li kien qed jgħix fl-istess kamra fil-lukanda ma’ Tonna. F’kitba fuq Facebook, Matthew Pace li hemm mumenti fil-ħajja li jistgħu jkunu diffiċli ħafna. Huwa qal kif f’temp ta’ ġimgħa tilef lil sieħbu li kienu trenjaw flimkien għall-‘half-marathon’ f’Pisa, iżda tilef lil kunjatu tiegħu wkoll.
Qal kif huwa kien ħerqan sabiex jagħmel din l-ewwel maratona, li sabiex għamilha għeleb bosta sfidi. Pace qal li l-Kuntistabbli Tonna tilef 45 kilo fi 18-il xahar tilef u li dik tal-Ħadd kienet l-ewwel maratona li qatt għamel.
Fil-kitba fuq Facebook, il-ħabib ta’ Tonna qal kif kienu jkunu flimkien waqt it-taħriġ u li t-tbissima tiegħu kienet tikkumplimenta s-sezzjoni ta’ taħriġ.
http://www.one.com.mt/2019/12/15/kuntistabbli-malti-jmut-fl-italja-wara-li-faga-fl-ikel/