Kitba ħelwa miktuba minn Oliver Mallia tiġbidlek l-attenzjoni fejn tfakkrek kemm iż-żmien itir u ma jistenna lil ħadd.
Oliver Mallia kiteb hekk:
Il-Kappillan tar-raħal jbierek id-dar Maltija.
Fl-antik in-nanna u n-nannu kellhom is-salott dejjem mogħti bil-plastik, is-salott tal-Kappillan li jintuża għat-tberik biss!
Illum is-salott tan-nanniet spiċċa….u l-aħħar li daħal ġo fih kien il-kuntratur bil-gaffa!
Minflok id-dar tan-nanniet, hemm erba’ “flezijiet”mibnija bil-bricks u miżbugħa bil-grafiato. Issa s-salott tal-Kappillan ġie garaxx semi-basement.
Bye bye il-gallarija tal-ħadid kollha rivits, issa hemm erba’ gallariji ‘moderni’ ta’ l-istainless steel, maintenance free u tgħidx kemm huma sbieħ…
Fejn in-nannu kien jdendel il-gaġġa bl-għasfur minn ġol-gallarija, illum bosta kumpaniji waħħlu kaxxa tal-pjanċi b’ħafna wires ħerġin minnha. In-naħa l-oħra, ta’ flat 2 u flat 3 waħħlu l-kompressur tal-air-condition.