Fuq is-sit soċjali facebook wieħed jista’ jara numru ta’ ritratti minn lokalitajiet diversi madwar Malta fejn għamlet ħalba silġ. Kien hemm min stqarr li stenna li se jagħmel aktar silġ, filwaqt li kien hemm oħrajn li qed jistennew il-lejl biex it-temperatura tinżel aktar u jiżdied iċ-ċans li jagħmel is-silġ.
Iżda t-tbassir tal-kesħa żgur li kien wieħed tajjeb, hekk kif ma jonqsux il-kummenti tan-nies dwar kif se jkunu qed iqattgħu l-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, bil-maġġoranza tagħhom jagħżlu li jaraw film għall-irdoss.
Dawk li għall-illejla għandhom pjanat li joħorġu għandhom joqgħodu attenti fejn jipparkjaw il-karozza tagħhom hekk kif skont ir-rapport tat-temp mill-Uffiċju Meterjoloġiku, r-riħ se jkun qawwi u għalhekk għandu jiġi evitat li wieħed ipoġġi l-karozza tiegħu viċin tal-baħar.
Ritratt: Mill-grawnd tas-Sirens qabel il-partita Siġġiewi kontra Birżebbuġa.