Il-Coppa Italia mirbuħa mis-Società Sportiva Lazio illum kienet preżenti ġewwa Malta, fejn is-sapporters Maltin tal-Lazio kellhom l-opportunita’ li jaraw u jieħdu ritratti ma’ din it-tazza.
Apparti hekk, tul il-ġurnata ser ikun hemm diversi attivitajiet oħrajn għas-sapporters Maltin tal-Lazio.
Intant, dalgħodu it-tazza kienet ukoll fl-Uffiċju tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela, li kellhu wkoll laqgħa mad-diriġent tal-Lazio Luigi Sinibaldi.
Għalkemm il-Ministru Abela jżomm mal-Juventus, il-Ministru qalilna li kien kuntent ħafna jiddiskuti l-prospetti tal-Lazio, filwaqt li ġie rrigalat ukoll flokk ta’ Ciro Immobile, l-attakkant tal-istess klabb li huwa membru wkoll tal-iskwadra nazzjonali Taljana.
Din iż-zjara mingħad id-diriġent tal-Lazio ġiet ikkordinata mill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Vatikan Frank Zammit, li kien ukoll preżenti għal din il-laqgħa.