Wasal fil-Belt Valletta t-trofew tat-Tazza tad-Dinja, hekk kif bħalissa jinsab fuq dawra madwar id-dinja kollha qabel ma’ tibda l-kompetizzjoni tant prestiġġjuża fl-erbatax ta’ Ġunju fir-Russja.
Qabel wasal pajjiżna, it-trofew kien f’Baku l-Ażerbajġan u wara Malta se jmur Vienna fl-Awstrija.
It-Tazza Tad-Dinja se tkun esebita fis-Suq tal-Belt fil-Belt Valletta.