It-Tazza tad-Dinja tal-futbol tal-2030 se ssir fi tliet kontinenti għall-ewwel darba, hekk kif se tintlagħab f’sitt pajjiżi mferrxin fl-Ewropa, fl-Afrika u fl-Amerka t’Isfel.
Fil-fatt waqt li l-ewwel logħbiet inawgurali tal-fażi finali tal-edizzjoni ta’ seba’ snin oħra se jintlagħbu fl-Urugwaj, fl-Arġentina u fil-Paragwaj, dawn se jissoktaw fi Spanja, fil-Portugall u fil-Marokk.
Din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja se tfakkar il-mitt anniversarju mill-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni prestiġġjuża, li kienet saret fl-Urugwaj u spiċċat intrebħet mill-istess pajjiż.
L-uniċi pajjiżi li se ressqu proposta biex jospitaw din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja kienet waħda konġunta bejn Spanja, il-Portugall u l-Marokk.
L-edizzjoni li jmiss tat-Tazza tad-Dinja se tkun fl-2026, se tkun waħda konġunta bejn tliet pajjiżi oħrajn, li huma l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Messiku.
L-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja saret f’Novembru u Diċembru li għadda, fil-Qatar, li ntrebħet mill-Arġentina.