Bis-sehem ta’ tmienja u erbgħin tim li f’erbgħa u tletin jum se jieħdu sehem fi tmenin logħba futbol, l-ikbar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja se ssir fi tliet pajjiżi.
Biex wara li l-Marokk reġà tilef iċ-ċans li jospita dan l-avveniment, tħabbar li t-Tazza tad-Dinja tal-elfejn u sitta u għoxrin se ssir fil-Kanada, fl-Istati Uniti u fil-Messiku.
Mija u erbgħa u tletin pajjiż membru tal-FIFA għażel lil dawn it-tliet pajjiżi, u ħamsa u sittin għażlu lill-Marokk.
Il-Messiku u l-Istati Uniti ospitaw bejniethom tliet darbiet din l-akbar kompetizzjoni tal-futbol, filwaqt li l-Kanada ospitat it-Tazza tad-Dinja tan-Nisa fl-elfejn u ħmistax.