Tattika tal-Gvern Awstraljan li kienet se ddewwem l-appell ta’ Novak Djokovic kontra d-deportazzjoni ġiet miċħuda minn Maġistrat li qed isegwi l-każ tiegħu mill-qrib.
Il-Gvern kien talab li s-smigħ tal-kawża ta’ Djokovic tiġi posposta għall-Erbgħa, iżda din minflok ġiet skedata għat-Tnejn filgħodu.
Djokovic ma tħalliex jidħol l-Awstralja mal-wasla tiegħu f’Melbourne l-ġimgħa li għaddiet biex jiddefendi t-titlu tiegħu fil-logħob tat-tennis fl-Awstralja.
Il-każ tiegħu ħoloq furur madwar id-dinja hekk kif il-plejer ta’ fama mondjali kien qal li hu kontra l-vaċċinazzjoni.
Hu bħalissa qed jinżamm f’ċentru ta’ detenzjoni tal-immigrazzjoni hekk kif l-avukati tiegħu qed jippreparaw biex jappellaw kontra d-deċiżjoni tal-Gvern Awstraljan biex jikkanċellawlu l-viża.