Wara li f’nofs April, il-Gvern waqqaf taskforce għall-persuni b’diżabilità li hija mmexxija mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista talbet li b’mod immedjat titwaqqaf taskforce biex tilqa’ għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità f’dan iż-żmien ta’ pandemija.
Il-Gvern irreaġixxa għal stqarrija maħruġa mill-Oppożizzjoni li hija fattwalment żbaljata.
Il-Gvern spjega li l-għanijiet ewlenin ta’ din it-taskforce huma li fost oħrajn jitressqu l-isfidi li bħalissa l-persuni b’diżabilità li jgħixu fil-komunità qegħdin jaffaċċjaw.
Sa Ġunju li għadda l-membri ta’ din it-taskforce kienu qegħdin jiltaqgħu kull ġimgħa u proprju minn nhar l-Erbgħa li ġej se jkunu qed jerġgħu jkomplu jiltaqgħu.
Ta’ min jintqal ukoll li fuq talba mill-membri ta’ din it-task force, il-fakultà tal-ħarsien soċjali fl-Università ta’ Malta qed tagħmel riċerka dwar il-COVID-19 u l-persuni b’diżabilità.