It-tarbija ta’ sbatax-il xahar li tilfet ħajjitha lbieraħ wara li waqgħet ħames sulari jisimha Luana.
Dettalji ġodda juru li t-tifla kienet mal-familja tagħha ħerġin mill-appartament meta għal xi raġuni, rnexxielha tgħaddi minn bejn il-poġġaman tat-taraġ bil-konsegwenza li waqgħet ħames sulari u spiċċat f’bitħa interna fi blokka ta’ appartamenti f’Baħar iċ-Ċagħaq.Hija ġiet trasportata permezz tal-ambulanza fl-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikat li tinsab fil-periklu tal-mewt minħabba d-diversi ġrieħi li ġarrbet kawża tal-waqgħa. It-tifla mietet ftit wara.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2018/09/25/tifel-ta-sena-jaqa-go-xaft-fbahar-ic-caghaq-2/