Il-Gvern ikkonferma li partijiet mill-Forti Rikażli li fl-aħħar snin laqgħu faċilità għat-tindif tat-tankijiet se jimxu f’sit fil-Marsa.
Il-Ministru Ian Borg ikkonferma waqt kumitat parlamentari li l-kumpanija li tmexxi l-operat tal-faċilità, Ricasoli Port Facility LTD se tieħu f’idejha t-tmexxija tas-sit il-ġdid fil-Marsa u anke tal-impjegati.
Il-faċilità li s’issa kienet f’Rikażli hija kruċjali għat-tindif ta’ tankers taż-żejt qabel ma’ dawn jitħallew jidħlu fil-baċir.
Residenti tal-madwar kienu ilhom snin jilmentaw mill-emmissjonijiet tal-faċilità u anke minn irwejjaħ mhux pjaċevoli madwar il-bajja tar-Rinella.
Il-konċessjoni tas-sit kien iġġedded għal tletin sena oħra fl-2013 minn Gvern preċedenti.