It-tanker Armada LNG Mediterrana mistenni jasal pajjiżna nhar il-Ħadd, disgħa t’ Ottubru. Dan wara vjaġġ li dam ftit inqas minn xahar mis-Singapore.
Ħabbret dan ElectroGas Malta fi stqarrija fejn intqal li, jekk it-temp jippermetti, t-tanker jittieħed b’jety f’ żona lill’hinn mill-kosta Maltija għal matul il-lejl u l-għada l-Awtoritajiet tal-Port ikunu jistgħu jiproċedu b’diversi provi fil-Port. It-tanker imbagħad jerġa’ jittieħed ‘il barra mill-kosta Maltija.
F’ dak l-istadju, kif it-tanker ikun għadu vojt, jsiru numru ta’ testijiet ta’ sigurtà u ta’ familjarizazzjoni. Dawn it-testijiet u s-simulazzjonijiet, kkordinati bejn ElectroGas, BumiArmada u l-Awtoritajiet tal-Port, se jissoktaw għal diversi jiem sakemm it-tanker jintela’ bil-merkanzija.
It-tanker Armada LNG Mediterrana, li jesa’ madwar mija, ħamsa u għoxrin elf metru kubu ta’ LNG, huwa l-aħħar element tal-proġett tal-bini ta’ power station ġdida.