Waqt is-Summit SiGMA, ONE News iltaqa’ mal-plejer internazzjonali Brażiljan Roberto Carlos, f’mument ħelu li kellu waqt li beda jiltaqa’ ma’ numru ta’ ammiraturi tiegħu filwaqt li ffirma fuq flokkijiet tal-football tal-Brażil.
U issa li l-logħob tat-Tazza tad-Dinja jinsab wara l-bieb, l-entużjażmu kien kbir.
Bi tbissima, il-plejer, li kien jilgħab bħala difensur xellugi li kien parti mit-tim rebbieħ tal-2002, qal li din is-sena t-tamiet tat-tim nazzjonali tal-Brażil jinsabu għolja, hekk kif it-tim Brażiljan huwa fost il-favoriti li jgħollu t-tazza għas-sitt darba. Fil-fatt, il-Brażil ilhom għoxrin sena minn mindu rebħu l-aħħar titlu dinji.
“Brazil is one of the favourites. Of course, there are a lot of strong squads in the competiton, and Brazil since 2002 didn’t win, but we hope will be this year.”
B’kurżità staqsejnih ukoll dwar il-fatt li din is-sena l-logħob tat-Tazza tad-Dinja se jsir fil-ħarifa minflok fis-sajf, u qalilna li lill-footballers u dawk kollha li jħobbu l-football ma tagħmlilhomx differenza meta jintlagħab il-logħob. Żied jgħid li l-football jgħaqqad lil kulħadd filwaqt li jferraħ lill-bosta.
“So football unites people, and football is played all over the season, so for the players and for the fans it will be the same thing. Football unites people, it’s about friendships and about happiness, and that’s what the world will be about.”
Il-logħob tat-Tazza tad-Dinja se jibda nhar il-Ħadd li ġej.