Kif ħabbarna fuq dan is-sit, lura f’Awwissu, Lara Azzopardi se tkun parti mill-iskeda l-ġdida ta’ ONE. Infatti, Lara ser tkun qed tmexxi diskursata kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija fuq ONE.
”Unur li qed naħdem ma’ tim mill-aqwa taħt il-kappa tal-kollezzjoni favorita tiegħi, Carisma. Bdejna dan l-esperiment fuq il-mezzi soċjali u issa dan il-proġett ħa nieħdu fuq ONE. Minn dejjem xtaqt li nippreżenta programm ta’ diskussjoni. Nirringrazzja lil kulħadd għal din l-opportunita’. Privileġġjata li qed naħdem ma’ bosta nies professjonali fuq din il-produzzjoni taħt it-tmexxija tal-aħwa Carlos u Martina Borg”.
LARA AZZOPARDIREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-Talks – appoġġjat minn Carisma, se jkun qed jitratta diversi temi u persuni. Kull ġimgħa Lara ser tkun qed tiddiskuti suġġett varji u ta’ interess ġenerali, flimkien mal-mistiedna tagħha fl-istudjo. It-Talks se jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fit-8:35pm, esklussivament fuq ONE.