L-istazzjon nazzjonali Taljan, ir-RAI, ippubblika l-persentaġġi ta’ kif tqassmu l-voti tal-poplu Taljan waqt it-tieni semifinali tal-Eurovision Song Contest 2024 il-ġimgħa li għaddiet.
Waqt li l-maġġoranza tal-voti marru għar-rappreżentanta ta’ Iżrael, mat-Taljani ma niżlitx wisq tajjeb ir-rappreżentanta Maltija Sarah Bonnici bil-kanzunetta tagħha ‘Loop’, tant li vvotawlha biss it-tieni l-inqas ammont ta’ voti bi ftit aktar minn 2% tal-voti kollha tagħhom.
Sal-lum ir-RAI kien biss wieħed mill-ftit li ħabbru r-riżultati tat-televoting tagħhom għall-konkors li għadu jiġi kkritikat minħabba preferenzi bejn stati ġirien u allura jiżvantaġġjaw pajjiżi bħal Malta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI