Mit-tlieta ta’ Ġunju li ġej it-Taljani se jkunu jistgħu jibdew jivjaġġaw bejn ir-reġjuni kif ukoll minn u lejn l-Italja; dan wara li l-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ffirma digriet li jipermetti l-ivvjaġġar, bħala parti mit-tnaqqis ta’ miżuri li ttieħdu biex jiġġieldu l-imxija tal-coronavirus.
L-Italja ilha aktar minn xaharejn f’lockdown u għandha t-tielet l-ogħla rata ta’ mwiet, b’aktar minn 31,600 persuna jmutu kawża tal-pandemija, madanakollu, fl-aħħar jiem in-numru ta’ każijiet ġodda naqas drastikament.
Il-Prim Ministru Taljan se jkun qed inaqqas il-miżuri gradwalment sabiex tiġi evitata t-tieni mewġa ta’ każijiet fl-Italja. Il-ħwienet u r-ristoranti wkoll se jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom minn nhar it-Tnejn li ġew, b’kundizzjonijiet li jassiguraw saħħet il-ħaddiema u l-konsumaturi.