It-Taljani llum qed jivvotaw f’referendum li qed jiġbed ħafna l-attenzjoni ta’ dawk li qed ifittxu sinjali ‘anti-establishment’ fl-Ewropa.
Il-vot issejjeħ mill-Prim Ministru Matteo Renzi, u jitratta bidliet fis-setgħat tas-senat. Jekk tgħaddi ta’ Renzi, il-membri tas-senat jonqsu minn 315 għal 100, b’ħafna sindki u rappreżentanti reġjonali jkollhom jitilqu.
Renzi jemmen li r-riforma se tħaffef il-proċess biex jidħlu liġijiet importanti – proċess bħalissa jemmen li qed jittawwal għalxejn.
Madanakollu, stħarriġ tal-opinjoni pubblika jindika li mhux se tgħaddi ta’ Renzi. Il-popu beda jivvota fis-07:00 dalgħodu u jista’ jivvota sal-23:00 tal-llejla.