Fis-sit Taljan Euromusica hemm artiklu dwar il-kanzunetta ‘kewkba’ ta’ Janice Mangion. It-Taljani osservaw li ftit li xejn jissemmew kanzunetti bil-Malti, avolja jkunu organizzati avvenimenti sħaħ iddedikati lill-lingwa Maltija. Tkun mużika ta’ livell tajjeb, qalu t-Taljani, imma spiss ‘il bogħod minn dak li huwa ‘mainstream nazzjonali’.
Osservaw li l-lingwa li tintuża għal skopijiet kummerċjali f’Malta hija l-Ingliż, u ħlief għal erba’ kelmiet bil-Malti li kienet żerżqet Claudette Pace b’Desire, il-Malti ilu nieqes mill-Eurovision Song Contest mill-1972. It-Taljani nnotaw li fil-kanzunetta ta’ Janice Mangion kien hemm nisġa sħiħa ta’ kliem ġej mit-Taljan, id-djalett Sqalli, l-Ingliż u l-Għarbi, fost influwenzi oħra.