It-Taljan baqa’ l-iktar lingwa barranija popolari fost l-istudenti tas-sekondarja li jkunu jridu jfittxu ilsien ieħor x’jistudjaw ma’ dak Malti u Ingliż.
Hemm 12,061 student fis-sekondarja jistudjaw it-Taljan u 6,575 jistudjaw il-Franċiż. Il-Ġermaniż huwa l-għażla ta’ 2,219 u l-Ispanjol ta’ 1,648 student. Interessanti kif 180 jistudjaw l-Għarbi, 78 iċ-Ċiniż u 18 ir-Russu.
Dan it-tagħrif irriżulta minn statistika tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika li wera wkoll kif il-klassijiet fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern għandhom inqa studenti minn dawk tal-Knisja u Indipendenti. Jirriżulta wkoll li fl-edukazzjoni formali hemm 70.355 student, il-maġġoranza tagħhom nisa.