Rapport kundifenzjali tal-Ġnus Magħquda juri li l-militanti Talibani qed iduru d-djar fl-Afganistan u jfittxu nies li kienu jaħdmu mal-qawwiet tal-Punent.
Dawn in-nies u l-familji tagħhom huma f’riskju kbir ta’ persekuzzjoni mit-Taliban u bosta minnhom ħarbu mill-pajjiż.
Madankollu jidher li oħrajn ma rnexxilhomx jaħarbu, b’wieħed minnhom saħansitra għatta wiċċu u għamel filmat jitlob biex ir-Renju Unit ma tinsiex x’għamel hu għall-forzi Ingliżi.
Fil-House of Commons bosta membri parlamentari tkellmu kif il-Gvern Ingliż m’għandux jabbanduna l-Afgani li għenu fl-aħħar għoxrin sena.
Ritratt: Reuters