Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Anthony Blinken qed jimbotta għal ftehim ta’ paċi ġdid mat-Talibani fl-Afganistan, bl-għajnuna tal-Ġnus Magħquda.
F’ittra li bagħat lill-President tal-Afganistan, Blinken talab biex il-vjolenza fil-pajjiż tieqaf għad-disgħin jum li ġejjin, iżda ma indikax jekk il-ftehim tal-Amminsitrazzjomi Trump, li sa Mejju jitilqu t-truppi Amerikani hux se jibqa’ fis-seħħ.
B’kollox għad fadal elfejn u ħames mitt suldat Amerikan fl-Afganistan.