Uffiċjali tat-Taliban waqqfu dimostrazzjoni li kienet qed tittella’ minn għadd ta’ nisa f’Kabul li bdew jitolbu għal aktar drittijiet, dan wara il-ħakma tat-Taliban fl-Afganistan.
Il-grupp qal li t-Taliban immirat fuqhom b’gass tad-dmugħ u kif ukoll pepper spray waqt li ppruvaw jimxu minn fuq pont għall-Palazz Presidenzjali.
Iżda jidher li filwaqt li t-Taliban ppruvaw jikkontrollaw il-protesta, l-affarijiet ħadu xejra differenti.
Din hi protesta minn bosta li qed isiru minn nisa f’Kabul u Herat.