Bosta baqgħu l-art hekk kif l-aħħar ajruplan Amerikan beda triqtu ‘l barra mill-Afganistan, fosthom ċittadini Amerikani u Afgan eliġibbli.
Huwa stmat li hemm bejn 100 u 250 Amerikan li ma waslux sal-ajruport fil-ħin hekk kif it-Taliban bdew jirrifjutaw milli jħalluhom jgħaddu mit-toroq li jagħtu għall-ajruport li huma fil-kontroll tal-militanti Talibani.
Lejn tmiem l-operazzjoni tal-evakwazzjoni, li kellha d-data ta’ skadenza sal-lum, it-Taliban għamluha diffiċli u bdew jirrifjutaw li jikkoperaw.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/08/31/l-amerika-tirtira-kompletament-mill-afganistan/