Minn tal-inqas żewġ persuni nqatlu u tnax-il persuna ndarbu waqt protesti f’Jalalabad kontra t-Talibani.
Eluf ta’ dimostranti ħarġu jipprotestaw kontra l-ħakma tat-Taliban ixejru l-bandiera tal-Afganistan u kontra l-bandiera l-bajda tat-Taliban.
Fi pjazza fil-belt, il-bandiera ħadra bl-aħmar u iswed tal-Afganistan ittellgħet f’post għoli, bit-Talibani jisparaw fuq il-folla.
Din il-bandiera ttellgħet biex tieħu post dik tat-Taliban li kienet qed tperper fuq il-belt.