It-Talibani ħabbru waqfien mill-ġlied mal-gvern Afgan li jibda mil-lum u jibqa fis-seħħ għat-tliet ijiem li ġejjin. Dan il-waqfien mill-ġlied se jsir b’rispett għall-festa Musulmana Eid al-Fitr, it-tmiem tar-Ramadan.
Dawn il-waqfien isegwi jiem ta’ ġlied intensiv bejn il-grupp Iżlamiku kontra t-truppi tal-gvern.
Il-President Afgan, Ashraf Ghani laqa’ din l-aħbar u sostna li s-suldati tiegħu se jkunu qed jirrispettaw il-waqfien mill-ġlied. Din is-sitwazzjoni jaf titfa’ raġġ ta’ dawl b’tama li l-ġlied jonqos fil-pajjiż.